|
|

|
Xtajtiet
|
Madwar Malta u Għawdex hemm ħafna bajjiet sbieħ. L-iżjed imsemmija huma l-bajjiet bir-ramel bħal bajja tal-Mellieħa, Għajn Tuffieħa u r-Ramla l-Ħamra ġewwa Għawdex. Dawn il-bajjiet huma xi ftit żgħar imma jitqiesu bħala fost l-isbaħ fil-Meditterran.
|
Għawm u Xemx
|
Il-baħar madwar Malta huwa nadif u sabiħ biex tgħum. Uħud mill-bajjiet jinħakmu mir-riħ tat-tramuntana u majjistral li kulltant joħolqu kurrenti b’saħħithom ħafna taħt il-wiċċ ta’ l-ilma. Għaldaqstant jekk intom qegħdin f’xi bajja l-aħjar ħaġa hija li tara dak li jkunu qegħdin jagħmlu l-Maltin.
Tista tgħid li l-Gżejjer Maltin qegħdin f’nofs il-baħar Meditterran. Għalhekk huwa importanti li ma’ tmurx tixxemmex għal ħafna ħin. It-tfal u t-trabi għandhom bżonn ta’ protezzjoni mix-xemx. Jekk tħobb tixxemmex ipprova tmurx fix-xemx bejn il- 11:00 ta’ filgħodu u t-3:00 ta’ wara nofs inhar meta x-xemx tkun l-iżjed b’saħħitha waqt ix-xhur tas-sajf.
|
Tgħodos
|
Il-baħar ikħal tal-Meditterran fih għerien, sikkek u fdalijiet ta’ vapuri u inġenji oħra mifruxin mall-qieħ tiegħu. Dan jissaraf f’post mill-isbaħ għall-għaddasa. Il-baħar kalm jagħti l-isbaħ opportunità biex tara il-varjeta kbira ta’ ħut, flora u fawna. Hawn ħafna skejjel li joffru korsijiet għal dawk li jridu jippruvaw dan it-tip ta’ sport għall-ewwel darba jew għal dawk l-għaddasa b’iżjed esperjenza. L-apparat jista jikera bi prezzijiet tajbin ħafna.
L-għaddasa jkunu jridu ċertifikat mediku li huma jistgħu jagħmlu dan l-isport qabel ma’ jitħallew jinżlu taħt il-wiċċ tal-baħar.
Aħna nixtiequ nwissu lil dawk kollha li jixtiequ jagħmlu dan it-tip ta’ sport anke lil dawk li għandhom esperjenza twila biex imorru għand skejjel li huma liċenzjati biex jaċċertaw ruħhom li l-proċeduri ta’ sigurtà qegħdin jiġu mħarsa.
|
Tbaħħir u Portijiet tal-Jotts
|
Wieħed m’għandux għalfejn jistagħġeb li Malta ġżira f’qalb il-baħar Meditterran għandha numru kbir ta’ portijiet u marinas ta’ l-ogħla livell b’faċilitajiet mill-aqwa u b’prezz tajjeb ħafna għall-jottijiett.
|
Taħriġ, Spa u Oħrajn
|
F’Malta hawn ħafna faċilitajiet biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek speċjalment fil-lukandi ta’ ħames stillel u f’xi postijiet oħra privati. Ħafna minn dawn iċ-ċentri joffru varjeta ta’ servizzi bħal gymnasiums, pools imsaħnin , Jacuzzi, sauna, kamra tal-fwawar, massaġġi għall-ġisem kollu kif ukoll servizzi oħra għad-dieta u sbuħija ma’ postijiet għaz-zfin, aerobics eċċ. Programmi magħmulin għalikhom jistgħu jitfasslu fuq il-bżonnijiet tagħkhom. Ħafna lukandi għandhom offerti speċjali għal-użu tal-faċilitajiet tagħhom fuq bażi ta’ ġurnata, gimgħa, xahar jew sena.
|
|
Lura 'L Fuq
|

|
|