|
|

|
Sewqan u Liċenzji
|
Is-sewqan f’Malta huwa fuq in-naħa tax-xellug. Il-limitu tas-sewqan fit-toroq huwa ta’ 80 km fis-siegħa fil-miftuħ u 50 km fis-siegħa fil-bliet. Il-liċenzji nazzjonali u internazzjonali huma aċċettati waqt li l-aħjar assigurazzjoni hija dik li tkopri kull tip ta’ inċident.
|
Trasport Pubbliku
|
Is-servizz tat-trasport pubbliku f’Malta u Għawdex li huwa effiċjenti, u bi prezzijiet raġonevoli ħafna huwa mezz tajjeb biex iddur u mall-Gzejjer.
It-trasport pubbliku ċentrali huwa fil-belt Valletta waqt li dak ta’ Għawdex huwa fil belt kapitali, Victoria. Kull belt jew raħal għandu l-post ċentrali minn fejn jitlaq it-trasport pubbliku u dan normalment jinsab fil-pjazza ewlenija tar-raħal jew belt.
Ir-rotot tat-trasport jibdew u jispiċċaw fil-belt Valletta. Xi wħud minn dawn ir-rotot huma fuq bażi ċirkolari. Hemm servizz speċjali u veloċi li jaħdem bejn il-bliet ewlenin bħal Sliema, Marsaxlokk, it-Tlett Ibliet, Mdina u l-bajjiet tar-ramel ewlenin.
Vjaġġ jieħu bejn 20 u 30 minuta fil-medja waqt li l-itwal vjaġġ jista’ jieħu 50 minuta. Jekk qed tippjana li taqsam lejn Għawdex hemm servizz ta’ vapuri li jieħu l-passiġġieri kif ukoll karozzi bejn Malta u Għawdex. Dan il-vjaġġ jieħu madwar 25 minuta.
Comino hija l-iżgħar ġzira. M’hemmx traffiku u hemm lukanda waħda biss, il-Comino Hotel li għandha servizz tagħha għall-gżira bejn iċ-Cirkewwa f’Malta u l-Mgarr f’Għawdex. Dan is-servizz huwa b’xejn għal dawk li joqgħodu fil-lukanda u jiswa ftit flus għall-oħrajn.
Tista’ tieħu vjaġġi speċjali ta’ ġurnata fuq vapuri li jitilqu minn tas-Sliema jew Bugibba f’Malta u mix-Xlendi f’Għawdex. Dawn l-eskursjonijiet normalment jmorru lejn il-Blue Lagoon, imma jistgħu joħduk f’xi bajja oħra f’Comino.
|
Telefown u t-Telekommunikazzjoni
|
L-infrastruttura tat-telekommunikazzjoni hija fost l-aqwa fl-UE b’ħafna prodotti u servizzi li jingħataw b’rati tajbin ħafna. Dan flimkien mall-Proġett Smart City se jagħmel lil Malta post ċentrali għat-telekommunikazzjoni fil-Meditteran.
|
Televixin bil-Kejbil jew bis-Satellita
|
It-televixin bil-kejbil huwa popolari f’Malta. Hemm għażla ta’ 50 stazzjon li jinkludu il-BBC, CNN, NBC, kif ukoll l-istazzjonijiet Taljani, Spanjoli, Franċiżi u Ġermanizi. Tinsab ukoll għażla ta’ stazzjonijiet li juru films u programmi oħra ta’ divertiment.
Is-satellita hija popolari ukoll f’Malta u l-għażla hija anki ikbar. Dawn għandhom prezz raġonevoli ħafna.
|
|
Lura 'L Fuq
|

|
|