|
|

|
Skejjel
|
Malta għandha sistema ta’ Skola b’xejn tal-Gvern b’għażla ta’ edukazzjoni privata fejn il-prezzijiet huma tajbin ħafna u kompetittivi.
Il-livell ta’ l-edukazzjoni f’Malta huwa għoli ħafna. L-Ingliż huwa l-ilsien ewlieni għat-tagħlim f’kull livell ta’ ħafna mis-suġġetti fis-sistema edukattiva. F’Malta, l-Ingliż huwa l-ilsien uffiċjali flimkien mal-Malti. It-Taljan huwa lsien popolari u mitkellem minn ħafna nies. Barra minn hekk l-istudenti fl-livell sekondarju jistgħu jagħżlu l-Franċiż, il-Ġermaniz jew xi lsien ieħor.
F’Malta hemm Università li tagħti edukazzjoni lil iżjed minn 9,000 student fid-dixxiplini ewlenin kollha. Hemm ukoll sistema edukattiva teknika li toffri korsijiet fl-elettronika, IT, kif ukoll f’dixxiplini oħra.
|
Skejjel tal-Linġwi
|
It-tagħlim ta’ l-ilsien Ingliż huwa stabilit fil-Ġżejjer Maltin. Hawn iżjed minn 40 skola ta’ l-Ingliż f’Malta u Għawdex li joffru għażla wiesa’ ta’ korsijiet u programmi oħra.
|
Reliġjon u Knejjes
|
Hawn iżjed minn 350 knisja fil-Gżejjer Maltin. Il-maġġoranza tal-Maltin jħaddnu r-reliġjon Kattolika Rumana, imma hawn xi reliġjonijiet oħra li huma ippratikati. Hafna mill-quddies matul il-gimgħa jsiru l-ewwel ħaġa filgħodu jew filgħaxija u l-ġurnata kollha matul il-Ħadd. Il-knejjes huma post tat-talb u għaldaqstant meta tkunu qegħdin fil-knejjes żommu r-rispett u ilbsu kif inhu xieraq.
Knejjes: Katidral ta' San Ġwann (il-Belt), Katidral ta' l-Imdina (Mdina), Knisja tal-Mosta (Mosta)
|
Storja
|
L-istorja tal-Gżejjer Maltin tmur lura 7,000 sena. Fittex ġo Malta il-postijiet li għadhom Patrimonju Dinji tal-UNESCO, it-Tempji Arkeoloġiċi, il-Fortifikazzjonijiet u Torrijiet, il-Palazzi, il-Katedrali u ħafna iktar.
Għall-iżjed informazzjoni ikkuntattja info@visitmalta.com.
|
|
Lura 'L Fuq
|

|
|