|
|

|
Casinos
|
F’Malta hawn casinos tajbin ħafna. Wieħed jista’ jagħżel bejn post tas-seklu 17 li ġie irranġat mill-ġdid, villa eleganti fuq stil kolonjali jew kumpless modern ġo lukanda. Dawn jiftħu kważi kulljum bejn nofs in-nhar sas-siegħat kmieni ta’ filgħodu. Joffru makni tal-logħob flimkien ma’ logħob ieħor tradizzjonali bħal roulette u black jack. It-turisti barranin li għandhom iktar minn 18-il sena jridu juru xi tip ta’ identifikazzjoni biex ikunu jistgħu jidħlu fl-ewwel żjara tagħhom. L-ilbies huwa normali.
|
Il-Ħajja ta’ Filgħaxija
|
Fil-Gżejjer Maltin hemm varjeta kbira ta’ attivitajiet flgħaxija fosthom attivitajiet kulturali, eżibizzjonijiet, teatri, u postijiet oħra li joffru operetta, mużika klassika u jazz kif ukoll mużika moderna.
Okkazzjoni unika fil-Ġżejjer Maltin huma l-Festi fl-irħula u bliet (mill-inqas festa fil-ġimgħa matul is-sajf) fejn wieħed jista’ jitħallat man-nies tal-lokal u jieħu pjaċir bil-marċi tal-baned tar-raħal, il-pruċissjoni tal-qaddis tal-festa flimkien ma’ logħob tan-nar kreattiv u ikkullurit.
Il-Ġżejjer Maltin saru post għal nies ta’ l-ispettaklu. Kantanti popolari, DJs u personalitajiet internazzjonali bħal Andrea Boccelli, Jose’ Carreras, Joseph Calleja, Sting, Elton John, Claudio Baglioni, Pupo, Toto Cutugnio, Bob Geldof, Orietta Berti, Bryan Adams li kollha ġew Malta biex jagħmlu l-kunċert tagħhom.
Postijiet oħra fejn wieħed jista’ jmur u li Malta hija msemmija għalihom huma pubs, clubs u discos fejn żgħar u kbar jieħdu pjaċir speċjalment fi tmiem il-ġimgħa.
U x’taħseb fuq lejla romantika f’post sabiħ tixrob l-inbid jew restorant fil-miftuħ bl-ikel lokali, Meditterran jew barrani.
F’Malta se jkollok żjara mill-aqwa li tiġi mfassla skond il-bżonnijiet tiegħek.
|
|
Lura 'L Fuq
|

|
|