|
|

|
Saħħa u s-Servizzi tas-Saħħa
|
Malta għandha servizz tas-saħħa mill-aqwa. Hemm sptar wieħed ġenerali f’Malta u sptar żgħir f’Għawdex. Dawn għadhom appoġġ minn retikolat reġonali ta’ ċentri tas-saħħa li jiftħu lejl u nhar. L-isptarijiet għadhom apparat mill-aqwa u modern. Tinsab ukoll il-kura privata medika, kemm fi spatarijiet privati kif ukoll f’numru ta’ kliniċi żgħar fejn jistgħu jsiru operazzjonijiet żgħar.
It-turisti normalment ma’ jkollhomx bżonn ta’ xi ċertificat partikolari tas-saħħa biex ikun jista’ jidħol fil-gżejjer Maltin.
Iċ-ċittadini ta’ l-istati membri tal-UE li huma residenti f’Malta u li għandhom l-European Health Insurance Card għandhom dritt għall-kura pubblika b’xejn.
Ikun aħjar kieku dawk kollha li jridu jżuru Malta jagħmlu polza ta’ assigurazzjoni medika personali. Dan ikun jgħodd għal kullħadd indipendentement miċ-ċittadinanza.
Dawn li qegħdin taħt ordnijiet tat-tabib u għandhom bżonn ta’ xi kura speċjali għandhom iġġibu magħhom preskrizzjoni medika jew ittra li jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa f’każ li jknu hemm bżonn ta xiri ta’ xi mediċina partikolari.
L-ispiżeriji jinsabu mifruxa mall-Gżejjer u l-ħinijiet tal-ftuħ huma dawk normali tal-ħwienet. Fil-Ħdud, l-ispiżjara jiftħu fuq bażi ta’ roster mid-09.00 sa 12.30 f’Malta u mis-07.30 sal-11.00 f’Għawdex
|
|
Lura 'L Fuq
|

|
|