|
|

|
Fejn Tinsab
|
Il-Ġżejjer Maltin jiġifieri Malta, Għawdex u Komino jinsabu f’nofs il-baħar Meditterran, 93 kilometru fin-nofs in-nhar ta’ Sqallija u 288 fit-tramuntana ta’ l-Afrika. Malta għandha kosta ideali b’ħafna portijiet naturali, bajjiet bi xtut tar-ramel kif ukoll ħafna positijiet oħra bil-blat. Il-popolazzjoni ta’ Malta hija madwar 400,000. Malta tinsab biss ftit siegħat bogħod minn ħafna bliet Ewropej b’haħna titjiriet diretti li huma operati minn linji ta’ l-ajru internazzjonali ewlenin kif ukoll minn linja ta’ l-ajru b’irħis.
|
Klima
|
Il-Ġżejjer Maltin għandhom klima sabiħ u sħun b’medja ta’ 5 jew 6 siegħat dawl fix-xitwa u madwar 12 il-siegħa fis-sajf. It-temp fix-xitwa mhux aħrax waqt li s-sjuf huma sħan b’ħafna xemx u żiffa ħelwa mill-baħar. Xita fil-medja hija baxxa ħafna 60 cm fis-sena. Tista’ tgħum kważi is-sena kollha imma l-aħjar żmien huwa bejn Mejju u Ottubru.
|
Ħin Lokali
|
Malta tinsab siegħa l-quddiem mill-GMT. Mill-aħħar Ħadd ta’ Marzu sa l-aħħar Ħadd f’Ottubru l-arloġġi jitmexxew siegħa l-quddiem għal ħin lokali tas-sajf u b’hekk il-ħin ikun sagħtejn quddiem l-GMT.
|
Lura 'L Fuq
|

|
|