Malta Online Dictionary


Maltese English

Verżjoni bil-Malti
English version

ghazel l-ahjar kelma
HomeAbout UsAbout MaltaNewsWord SearchServizzi



Dwar Malta


Fejn Tinsab, Klima u Ħin Lokali

Il-Munita u l-Għoli tal-Ħajja

Trasport u Kommunikazzjoni

Saħħa

Kultura u Edukazzjoni

Ikel u Xorb

Divertiment

Attivitajiet

Numri Importanti

Il-Munita u l-Banek
Il-Munita u l-Banek Il-Lira Maltija, li ħafna drabi hija maħrufa bħala l-Isterlina Maltija u fiha 100 ċenteżmu u bħalissa hija l-munita legali ġewwa Malta. Malta hija lesta biex tissieħeb fis-sistema ta’ l-Ewro mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2008 u għaldaqstant l-Ewro se jsir il-munita uffiċjali minn dik id-data il-quddiem.

Ħafna mil-lukandi, ħwienet u restoranti ewlenin jaċċettaw ħlas fil-muniti internazzjonali ewlenin kif ukoll karti ta’ kreditu ewlenin.

Il-banek, magni ATMs u istituzzjonijiet oħra ta’ kambju jinstabu mifruxa mall-Gzejjer Maltin. Il-ħinijiet ta’ ftuħ huma sa kmieni wara nofs in-nhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa u sa nofs in-nhar matul is-Sibt.

Għoli tal-Ħajja
Għoli tal-Ħajja Malta għandha livell ta’ għajxien baxx meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra Ewropej. Mhux għoli ħafna biex tgħix f’Malta. Is-servizzi ewlenin bħal ilma, elettriku, gas u telefown għadhom prezzjijiet raġonevoli ħafna. F’Malta m’hemmx taxxa tal-kunsilli lokali jew rati oħra.



Lura 'L Fuq


drittijiet ta' l-awturċahdaprivatezza personaliikkuntattjana

MOD


Drittijiet ta’ l-Awtur Riservati © Carlo Farrugia