|
|

|
Ftit kliem mingħand l-awtur
|
L-industrija tas-servizzi finanzijarji hija waħda li dejjem qiegħda żżid fl-importanza għall-ekonomija Maltija. Fl-2006 inħass il-bżonn għal terminoloġija speċifika kemm fil-Malti kif ukoll fl-Ingliż, għat-termini finanzjarji użati f’dan is-settur. Id-Dizzjunarju għas-Servizzi Finanzjarji ħareġ f’Diċembru 2006 u fih 1,600 terminu użati fl-industrija flimkien ma’ termini ġenerali li għandhom użu komuni. Dawn it-termini huma bil-Malti u bl-Ingliż u fl-istess ħin għandhom it-tifsira tagħhom. Kien hemm reazzjonijiet tajba għal dan id-dizzjunarju li tawni kuraġġ. Għaldaqstant ittieħded id-deċiżjoni biex id-dizzjunarju jitkabbar, tiżdied lingwa oħra u jinbiddel il-mod ta’ kif inhu magħmul l-istess dizzjunarju.
L-iżjed deċiżjoni importanti kienet li d-dizzjunarju jsir elettroniku ġo websajt speċifika u din kienet deċiżjoni diffiċli, li tieħu ħafna ħin u li tiswa ħafna flus. Imma din id-deċiżjoni kellha bosta vantaġġi. Id-dizzjunarju jkun jista’ jintlaħaq minn kullħadd bla ħlas fuq l-internet. L-istess dizzjunarju jkun jista’ jikber u jinbiddel skond dak li jingħad fuq l-istess websajt. Għaldaqstant il-websjat tkun waħda ħajja li tista’ tiġi mibdula skond il-bżonn. Barra minn hekk ittieħded id-deċiżjoni biex tiżdied il-lingwa Taljan għat-terminoloġija li hemm bil-Malti u bl-Ingliż. Dan jagħti vantaġġ kbir lid-dizzjunarju minħabba li dan id-Dizzjunarju Elettroniku Malti ssir l-ewwel u l-uniku dizzjunarju li għandu kliem bil-Malti u bit-Taljan.
Id-Dizzjunarju Elettroniku Malti (The Malta Online Dictionary) huwa proġett ġdid u ambizzjuż li sar realtà grazzi għal generosità ta’ l-isponsers. Kumpaniji kbar u magħrufin fis-suq lokali ħadu d-deċizjoni li jagħtu l-isponser tagħhom għal din il-websajt. Dawn l-isponsers emmnu f’dan il-proġett u jiena nixtieq inrodd ħajr minn qalbi għal din l-għajnuna u għall-appoġġ tagħhom. Id-Dizzjunarju Elettroniku Malti twieled grazzi għall-appoġġ ta’ dawn l-isponsers.
Grazzi
Carlo Farrugia
|
Lura 'L Fuq
|

|
|